Metodi tal-Ġbid Lura
X'inhu coitus interruptus?
Magħruf ukoll bħala l-metodu tal-ġbid lura, dan jinvolvi r-raġel joħroġ il-pene mill-vaġina qabel l-eġakulazzjoni, u għalhekk jimpedixxi l-isperma milli tidħol fil-vaġina. M'għandu l-ebda valur ta' protezzjoni kontra l-STIs u mhuwiex effettiv ħafna għall-prevenzjoni tat-tqala, peress li fluwidu ta' qabel l-eġakulazzjoni jista' jkun fih l-isperma.
Xi koppji jsibu dan il-metodu diffiċli ħafna u frustranti biex jagħmlu użu minnu, peress li joħloq xi tensjoni u ansjetà dwar jekk is-sieħeb hux se jirnexxielu joħroġ il-pene fil-ħin. Xi koppji jsibu li dan itellef il-pjaċir sesswali tagħhom. Madankollu, diversi koppji jsibu li dan huwa l-metodu preferut ta' kontraċezzjoni tagħhom minħabba li m'għandu l-ebda effetti sekondarji u huwa b'xejn.
Vantaġġi u żvantaġġi:
Vantaġġi
- Jista' jintuża faċilment
- Ma jaffettwax it-treddigħ
- Ma jeħtieġ l-ebda konsultazzjoni mal-professjonisti tas-saħħa
- Aċċettat minn ċerti reliġjonijiet
- L-ebda spiża finanzjarja
- Jiġi kkontrollat mill-koppja
Żvantaġġi
- Effikaċja baxxa
- L-ebda protezzjoni kontra l-HIV u Infezzjonijiet oħra li Jittieħdu Sesswalment
- Jista' jnaqqas il-pjaċir u jfixkel ħafna l-att sesswali
- Jista' jwassal għal disfunzjoni sesswali
Min ma jistax juża l-coitus interruptus?
Persuni li jkollhom eġakulazzjoni kmieni