Menopawża

Main menu

    Il-menopawża hija t-tmiem tal-età tal-fertilità u hija mmarkata meta persuna tieqaf milli jkollha l-period (perjodu menstrwali) tagħha għal sena mingħajr ebda raġuni medika oħra u tieqaf milli tkun fertili. Hija parti naturali tat-tixjieħ u ġeneralment isseħħ fil-bidu tal-ħamsinijiet. Dan jirriżulta minn bidliet fis-sistema riproduttiva u ormonali. Is-sintomi għandhom it-tendenza li jitjiebu fi żmien sena.

     

     

    Tipikament tkun preċeduta minn:

    • Periods irregolari.
    • Fwawar, għaraq.
    • Palpitazzjonijiet, insonnja.
    • Burdati.
    • Uġigħ ta' ras.
    • Memorja mdgħajfa.
    • Nixfa vaġinali.
    • Disfunzjoni sesswali.
    • Problemi fl-awrina.
    • Dipressjoni.
    • Nervi.

    Minħabba li l-provvista tal-bajd tkun qed tixjieħ, iċ-ċikli jsiru inqas ovulatorji u jkun hemm aktar tibdiliet tal-ormoni, li jikkawżaw is-sinjali u s-sintomi. Meta l-livelli tal-ormoni jonqsu, iċ-ċiklu mestrwali jieqaf. Menopawża bikrija tista' sseħħ jekk l-ovarji jkunu tneħħew kirurġikament jew ikunu għaddew minn radjuterapija u kimoterapija.

    Bil-menopawża r-riskju ta' osteoporożi (it-traqqiq tal-għadam) jiżdied u r-riskju tal-mard tal-qalb jirdoppja. Għalhekk stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa huwa kruċjali.

    Jekk sintomatika, il-kura tkun disponibbli; madankollu dan għandu effetti sekondarji possibbli. It-Terapija ta' Sostituzzjoni tal-Ormoni (HRT) tista' tittieħed b'mod topiku jew orali, iżda hija assoċjata ma' żieda fir-riskju tal-kanċer tas-sider, trombożi profonda tal-vini, u mard tal-bużżieqa tal-awrina. Għalhekk għandha jintuża biss għas-serħan għal żmien qasir mis-sintomi tal-menopawża jew fil-każ ta' menopawża bikrija. Il-benefiċċji tal-HRT jinkludu żieda fid-densità tal-għadam u riskju mnaqqas ta' kanċer kolorettali (musrana). Hemm trattament speċifiku għall-osteoporożi.