Għaliex in-Nies Jagħmlu s-Sess
Il-pjaċir sesswali huwa aspett importanti tas-saħħa sesswali, u fil-fatt hemm diversi vantaġġi għal ħajja sesswali b’saħħitha. Ittejjeb ir-relazzjonijiet, għandha benefiċċji għas-saħħa bħat-tnaqqis tar-riskju tal-kanċer tal-prostata u problemi kardijaċi, u hija involuta fis-serħan mill-uġigħ permezz tar-rilaxx ta’ ossitoċina u l-endorfini. Issaħħaħ ukoll l-istima personali, speċjalment fil-kuntest ta’ relazzjoni b’saħħitha u tgħin biex jitnaqqas l-istress.
Meston u Buss (2007) sabu li n-nies jipprattikaw is-sess għal diversi raġunijiet fosthom l-attrazzjoni tal-mument, il-pjaċir, il-ġibda, l-imħabba, ir-romantiċiżmu, il-qrubija emozzjonali, it-tqanqil, ix-xewqa li tagħti l-pjaċir, l-avventura, l-esperjenza tal-eċċitament, il-konnessjoni, iċ-ċelebrazzjoni, il-kurżità u l-opportunità. Ġie osservat li meta jitqabblu l-motivazzjonijiet u l-imġiba sesswali tal-irġiel u n-nisa, l-irġiel spiss ikunu ċċentrati aktar fuq il-pjaċiri fiżiċi, filwaqt li fin-nisa, is-sess idur aktar mal-emozzjonijiet. Madankollu, is-sess ivarja minn individwu għall-ieħor u anki jvarja bejn iż-żewġ sessi.
Referenzi:
Meston, C. & Buss, D.M. (2007).Why Humans Have Sex. Archives of Sexual Behavior, 36, 477–507. Doi: 10.1007/s10508-007-9175-2.