PrEP

Sess Aktar Sikur



X’inhija l-PrEP?
• Il-PrEP (Profilassi Qabel l-Esponiment) hija mediċina li tittieħed minn persuni li huma negattivi għall-HIV. L-għan tagħha hu li tipprevjeni l-HIV.
• Hija pillola waħda li ttieħed kuljum, li fiha kombinazzjoni ta’ żewġ mediċini.
• Meta tittieħed b’mod korrett, il-PrEP hija effettiva ħafna fil-prevenzjoni tal-HIV.
• Il-PrEP hija b’xejn f’Malta u tingħata wara evalwazzjoni fi klinika 

tal-Ġenitourinarju (GU).

 
 
Għal min hija l-PrEP?
Il-PrEP tista’ titieħedjekk inti negattiv/a għall-HIV, u għandek riskju li tiġi espost/a għall-HIV. Tista’ titieħed ukoll jekk:

• Kellek infezzjoni oħra trasmessa sesswalment (STI) fl-aħħar 6 xhur
• Mhux f’relazzjoni monogama (miz-zewg partijiet)
• Kellek bżonn PEP (profilassi wara l-esponiment)
• Tagħmel parti mill-komunita LGBTIQ+, speċjalment fejn ikun hemm sess bejn zewg irġiel 
• Ma tużax kondoms b’mod konsistenti ma’ individwi li l-istatus tal-HIV tagħhom mhuwiex magħruf
• Tinjetta d-droga, jew tuża d-droga għall waqt is-sess (chemsex)
• sex worker
• Għandek sieħeb/sieħba sesswali li jgħix bl-HIV u għandu/a viral load li hu traċċabbli

Minn fejn nista’ nikseb il-PrEP?
• Il-PrEP tiġi preskritta minn speċjalisti tal-GU BISS wara evalwazzjoni

• Hija disponibbli mill-:
  o Spiżerija tal-Isptar Mater Dei
  o Spiżerija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex
  o Spiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana
  o Spiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid
• Jeħtieġ appuntament biex:
  o Tiddiskuti l-istorja tas-saħħa sesswali tiegħek
  o Tiġi kkonfermata li għandek riżultat negattiv għall-HIV
  o Tagħmel testijiet bażiċi tad-demm (inkluża l-funzjoni tal-kliewi)
  o Tlesti screening sħiħ tal-STIs

Kif nieħu l-PrEP?
Hemm żewġ metodi kif tittieħed il-PrEP. L-ispeċjalista tal-GU jgħinek tagħżel l-aħjar għażla għalik.
 
PrEP ta’ Kuljum
• Pillola waħda li ttieħed kuljum
• Ibda mill-inqas 7 ijiem qabel ikollok possibbilita’ ta’ esponiment għall-HIV
• Kompli ħudha kuljum sakemm ikun hemm possibbilita ta’ esponiment 
• Waqqafha 7 ijiem wara l-aħħar possibbilita’ ta’ esponiment

Il-PrEP ta’ kuljum hija rrakkomandata għal:
• Persuni assenjati nisa mat-twelid
• Persuni li qed jieħdu ormoni ta’ transizzjoni tal-ġeneru bbażati fuq l-estradiol
• Persuni li jinjettaw id-drogi
Kull min jista’ jkollu sess mhux ippjanat

PrEP skont l-Avveniment (On-Demand)
Din l-għażla hija adattata biss għal persuni assenjati rġiel mat-twelid li ma jkunux qed jieħdu ormoni bbażati fuq l-estradiol.
Kif tieħu l-PrEP skont l-avveniment:

• Ħu 2 pilloli bejn 2 u 24 siegħa qabel is-sess
• Ħu pillola waħda 24 siegħa wara s-sess
• Erġa ħu pillola oħra 24 siegħa wara
• Jekk is-sess ikompli fuq diversi jiem, kompli ħu pillola waħda kuljum, u waqqaf wara żewġ tijiem fejn ma jkunx sar sess.
 
Il-PrEP tipproteġi kontra STIs oħra?

• Le. Il-PrEP tipproteġi biss kontra l-HIV.
• Ma tipproteġix kontra STIs oħra bħal klamidja, gonorrea, sifilide, epatite A, B jew C, HPV jew Mycoplasma Genitalium.
• L-użu tal-kondoms u ittestjar regolari għall-STIs huma rrakkomandati.
 
• Monitoraġġ u segwitu
• Jekk qed tieħu l-PrEP, ikun hemm bżonn ta’ segwitu regolari, inkluż:
  o Testijiet għall-HIV
  o Screening għall-STIs oħra
  o Reviżjoni klinika kontinwa

Informazzjoni importanti
• Il-PrEP għandha tittieħed biss minn persuni li huma negattivi għall-HIV
• Il-PrEP għandha tiġi preskritta u mmonitorjata biss minn speċjalista tal-GU
 
Kif tibbukkja appuntament
• Biex taċċessa l-PrEP, ikkuntattja l-klinika tal-GU fuq 25457494/1 jew kwalunkwe servizz ieħor tas-saħħa sesswali.
• Biex tibbukkja appuntament għall-Klinika tal-GU f’Għawdex, ċempel 23446214.
• Appuntamenti huma meħtieġa għall-evalwazzjoni, preskrizzjoni tal-mediċina, u s-segwitu. Il-mediċina b’xejn tista’ tiġi preskritta biss minn speċjalisti tal-GU.