Epatite B u D

X'inhi l-epatite (hepatitis)?
L-epatite hija infjammazzjoni tal-fwied. Hemm tipi differenti ta' epatite, iżda din l-informazzjoni se tiffoka biss fuq l-Epatite B u D (Hepatitis B & D).

X'inhi l-Epatite B?
Il-virus tal-Epatite B jikkawża infezzjoni fil-fwied li tista' tkun akuta jew kronika. L-Epatite B Akuta sseħħ meta persuna tkun ġiet infettata għal inqas minn 6 xhur, b'sintomi li jvarjaw minn ebda sintomu, sintomi ħfief, sa sintomi severi u li jkunu jeħtieġu dħul fl-isptar. Xi nies jeħilsu mill-virus, u b'hekk isiru immuni u ma jkunux jistgħu jerġgħu jaqbdu l-marda. L-Epatite B Akuta tista' twassal għall-Epatite B kronika. Ir-riskju li persuna tiżviluppa infezzjoni kronika jiddependi fuq l-età tal-persuna meta tiġi infettata. Aktar ma tkun żgħira fl-età l-persuna infettata, aktar ikun probabbli li tiżviluppa infezzjoni kronika. Madwar 90% tat-trabi infettati bl-Epatite B jiżviluppaw infezzjoni kronika, filwaqt li 2 sa 6% tal-adulti jiżviluppaw infezzjoni kronika tal-Epatite B. L-infezzjoni kronika ddum aktar minn 6 xhur u tibqa' għal għomrok. L-Epatite B kronika tista' twassal għal problemi serji tas-saħħa, fosthom: ħsara fil-fwied, ċirrożi (il-fwied jinfjamma, iċ-ċelloli jiddeġeneraw, u se jkun hemm tħaxxin fibruż tat-tessut tal-fwied), kanċer tal-fwied, u possibbiltà ta' mewt.

X'inhi l-Epatite D?
Il-virus tal-Epatite D iseħħ biss f'individwi infettati bil-virus tal-Epatite B. Dan għaliex huwa virus mhux komplut u jeħtieġ il-funzjoni ta' għajnuna tal-virus tal-Epatite B biex jirreplika. Dan jista' jwassal kemm għal infezzjonijiet akuti kif ukoll kroniċi. Persuni li għandhom infezzjonijiet kroniċi tal-Epatite B u D jiżviluppaw kumplikazzjonijiet aktar ta' spiss u aktar malajr minn dawk b'infezzjoni kronika tal-Epatite B biss.

X'inhuma s-sintomi tal-Epatite B u D?
Is-sintomi tal-Epatite B ivarjaw ħafna minn ħfief għal severi, u normalment iseħħu bejn xahar u erba' xhur. It-tfal jista' ma jkollhomx sintomi. Is-sintomi jinkludu:

Kemm idumu sintomi tal-Epatite B?
Dan jiddependi fuq jekk l-infezzjoni tkunx akuta jew kronika.

  • L-infezzjoni tal-Epatite B Akuta ddum inqas minn 6 xhur.
  • L-infezzjoni tal-Epatite B kronika ddum 6 xhurjew aktar. Tagħmel dan minħabba li s-sistema immunitarja tiegħek ma tkunx tista' tiġġieled kontra l-infezzjoni. Din tista' ddum għal għomrok, li jirriżulta f'ċirrożi u kanċer tal-fwied.


Kemm idumu s-sintomi tal-Epatite D?
L-epatite akuta sseħħ meta jkun hemm infezzjoni simultanja bil-viruses tal-Epatite B u D, li twassal għal epatite ħafifa sa severa jew saħansitra fulminanti, iżda l-irkupru huwa normalment komplut u l-iżvilupp tal-Epatite D kronika huwa rari (inqas minn 5% tal-epatite akuta).

Is-superinfezzjoni sseħħ meta l-Epatite D tinfetta persuna diġà infettata b'mod kroniku bil-virus tal-Epatite B. Is-superinfezzjoni taċċellera l-progressjoni għal marda aktar severa fl-etajiet kollha u f'70–90% tal-persuni. Dan jaċċellera wkoll il-progressjoni għaċ-ċirrożi kważi għaxar snin qabel l-infezzjoni tal-Epatite B waħedha, minkejja li trażżan ir-replikazzjoni tal-Epatite B.

Hemm tipi differenti ta' Epatite B u D?
Hemm 4 tipi ta' Epatite B, magħrufa bħala ġenotipi, ikklassifikati bħala A sa D. Il-ġenotip D huwa l-aktar komuni fin-Nofsinhar tal-Ewropa.

Hemm 8 ġenotipi tal-Epatite D, ikklassifikati bħala 1 sa 8. Il-ġenotip 1 huwa l-aktar komuni fid-dinja tal-Punent. Dan għandu riskju akbar ta' insuffiċjenza tal-fwied meta mqabbel mal-Epatite B.

Kif jinfirex il-virus tal-Epatite B?

  • Trażmissjoni minn omm għal wild (l-aktar komuni).
  • Kuntatt ma' demm jew fluwidi tal-ġisem infettati.
  • Rapport sesswali mhux protett ma' persuna infettata.
  • Il-qsim ta' labar għall-injezzjoni tad-drogi.
  • Ġrieħi mis-siringi.
  • Ikun hemm membru infettat id-dar/fil-familja.


Min huwa f'riskju ta' infezzjoni?
L-epatite B tista' taffettwa kwalunkwe grupp ta' età:

  • Sħab sesswali ta' individwi infettati.
  • Irġiel li jkollhom sess ma' rġiel (MSM).
  • Kuntatti d-dar/fil-familja ma' persuni infettati.
  • Fornituri tal-kura tas-saħħa.
  • Persuni li jgħixu b'infezzjoni tal-HIV.


Jeżisti trattament?

  • L-immunoglobulini tal-epatite B għandhom jingħataw fi żmien 12 siegħa mill-esponiment.
  • Jekk jiġi ddeterminat li tbati minn infezzjoni akuta, jista' jkun li ma tkun teħtieġ l-ebda kura.
  • Jekk ikun hemm infezzjoni kronika, jista' jkun hemm bżonn ta' kura għall-bqija tal-ħajja ta' persuna. Dan jista' jiġi diskuss aktar mat-tabib tiegħek.


Kif tista' tiġi evitata?
L-aħjar mod biex tiġi evitata l-Epatite B huwa billi titlaqqam, u huwa rrakkomandat li t-tfal kollha mill-età ta' 12-il xahar 'il quddiemgħandhom jingħataw dan il-vaċċin, ħlief trabi b'riskju għoli li l-vaċċin għandu jingħatalhom mat-twelid.

Meta tivvjaġġa lejn żoni fejn huma komuni l-infezzjonijiet tal-Epatite B u D, tlaqqam qabel il-vjaġġ. Għal aktar informazzjoni dwar il-vaċċini għall-ivvjaġġar, jekk jogħġbok żur: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/phc/pchyhi/Pages/Travel-Vaccination.aspx.

Miżuri preventivi oħra jinkludu:

  • Qatt m taqsam labar jew oġġetti oħra ma' persuni oħra li jinjettaw id-droga fil-vini.
  • Taqsamx oġġetti għall-kura personali, bħal toothbrushes u xfafar.
  • L-użu tal-kondoms fil-każ ta' attività sesswali ma' sħab multipli.
  • L-użu ta' ingwanti, maskri u protezzjoni għall-għajnejn fil-każ tal-fornituri tal-kura tas-saħħa.
  • Tfittex l-għajnuna medika immedjatament jekk kien hemm esponiment possibbli għall-infezzjoni tal-Epatite B.


Vaċċini disponibbli f'Malta
Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar it-tilqim.

Appoġġ u Kuntatti

  • Il-GP tiegħek (It-tabib tal-Familja).
  • Il-GU Clinic 25457494/1.
  • Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fuq 23266000.
  • Id-Detox Helpline 22261800.
  • Iċ-Ċentru tal-Immunizzazzjoni l-Furjana: 25680222/3/4/-25680000.


Riżorsi użati:

https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/hepatitis-b

https://www.cdc.gov/hepatitis/hbv/index.htm

https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/hepatitis-d