Kappa tal-Għonq tal-Utru

Main menu

    X'inhi l-kappa tal-għonq tal-utru?
    Simili ħafna għad-dijaframma nsibu l-kappa tal-għonq tal-utru, li hija iżgħar u magħmula mil-lastiku jew silikon ipoallerġeniku, li tgħatti l-għonq tal-utru biss u tinżamm bil-ġbid tal-arja. Il-kappa tal-għonq tal-utru tgħin biex tevita t-tqala għax taħdem bħala ostaklu, twaqqaf l-isperma u l-bajda milli jiltaqgħu. Il-kappa tal-għonq tal-utru bħalissa mhux disponibbli f'Malta.

    Kif taħdem din il-kappa tal-għonq tal-utru?
    Il-kappa titqiegħed bl-istess mod bħad-dijaframma. Il-kappa tal-għonq tal-utru toqgħod fil-vaġina u tgħatti l-għonq tal-utru tiegħek. Meta persuna tixtieq tuża l-kappa, idealment għandha l-ewwel tagħmel eżami vaġinali u mbagħad tiġi mgħallma kif tużaha għall-ewwel drabi minn professjonist tas-saħħa. Huma rakkomandati visti u eżamijiet ta' rutina minn professjonist kull 6 xhur.

    Tipi ta' kapep tal-għonq tal-utru:

    • il-vault cap hija adattata għal nisa b'għonq tal-utru qasir.
    • is-cervical cap hija adattata għal persuna b'għonq tal-utru b'naħat paralleli twal.
    • il-vimule cap hija kombinazzjoni ta' vault cap u cervical cap li teħel mal-ħajt vaġinali.


    X'inhi l-effikaċja tal-kappa tal-għonq tal-utru?
    Bl-użu bil-għaqal u b'mod konsistenti l-kappa tal-għonq tal-utru hija 80% effettiva f'nisa li diġà kellhom tarbija qabel u 91% fil-każ ta' nisa li qatt ma kellhom tfal, meta użata bl-ispermiċida, fil-prevenzjoni tat-tqala fl-ewwel sena tal-użu. Bl-użu tipiku meta persuna ma tużax dan il-metodu bl-attenzjoni, l-effikaċja hija 68% effettiva f'nisa li diġà kellhom tarbija qabel u 84% fil-każ ta' nisa li qatt ma kellhom tfal meta użata bl-ispermiċida, fil-prevenzjoni tat-tqala fl-ewwel sena tal-użu.

    Kif se ndaħħal il-kappa?
    Iddiskuti mat-tabib jew l-infermiera tiegħek biex juruk kif għandek iddaħħalha qabel tibda tużaha.

    • Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma.
    • Imxi mal-istruzzjonijiet ipprovduti mal-kappa.
    • Oqgħod f'pożizzjoni komda, bħal meta se ddaħħal tampun. Jista' jkollok tinżel ftit bl-irkopptejn mgħawġin jew tpoġġi sieq waħda fuq siġġu.
    • Agħmel l-ispermiċida fuq il-wiċċ ta' fuq tad-dijaframma u fuq il-kanal bejn ix-xifer u l-koppla.
    • Agħfas il-ponta tal-kappa tiegħek b'idek l-oħra u daħħalha mal-ġenb tal-koppla.
    • Imbotta l-kappa 'l ġewwa fil-vaġina tiegħek.
    • Biex il-kappa tkun effettiva trid tgħatti l-għonq tal-utru. Tibqa' fil-post bil-ġbid tal-arja.


    Kif noħroġha l-kappa?
    Il-kappa tista' titħalla ġol-vaġina għal mill-inqas 6 sigħat wara l-att sesswali iżda għal mhux aktar minn 48 siegħa biex jiġi evitat ir-riskju ta' mard tossiku fil-parti ġenitali u li jifformaw ulċeri minħabba l-pressa. Hija rakkomandata l-applikazzjoni ta' krema jew ġell spermiċidi mal-użu tal-kappa tal-għonq tal-utru. Dan se jagħti protezzjoni kontra l-kontraċezzjoni għal 3 sigħat. Wara 3 sigħat jekk ma jkun sar l-ebda rapport sesswali, ikun hemm bżonn li jiddaħħal iktar spermiċidju, bħal fil-forma ta' pessarju vaġinali. Imxi mal-istruzzjonijiet fuq il-fuljett ta' tagħrif ipprovdut mal-kappa. Oħroġha 'l barra bil-mod billi tqabbad sebgħek taħt ix-xifer jew iċ-ċinga u tiġbed 'l isfel.

    X'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-kappa tal-għonq tal-utru?
    Vantaġġi

    Żvantaġġi

    • Teħtieġ il-motivazzjoni.
    • Trid tintuża b'attenzjoni u b'mod konsistenti għall-aħjar effikaċja.
    • Trid tintuża bi spermiċida li tista' titqies bħala xi ħaġa maħmuġa.
    • Tista' tkun aktar diffiċli biex tiddaħħal u titneħħa minn dijaframma.
    • L-ebda protezzjoni kontra l-HIV u STIs ohra..


    Min ma jistax juża l-kappa tal-għonq tal-utru?

    • Il-klijenta ma tkunx tista' ssib l-għonq tal-utru tagħha.
    • L-għonq tal-utru mhux kompatibbli, eż. fl-għamla, fil-pożizzjoni.
    • Ommijiet tqal.
    • Fsada fil-partijiet ġenitali mhux dijanjostikata li l-ewwel trid tiġi eżaminata u kkurata.
    • Anormalitajiet tal-vaġina jew tal-għonq tal-utru li kienu jeżistu mit-twelid (konġenitali).
    • Allerġija għal-lastiku jew għall-ispermiċida.
    • Infezzjonijiet preżenti fil-vaġina, fl-għonq tal-utru jew fil-pelvi li l-ewwel jridu jiġu eżaminati u kkurati.
    • Każijiet imgħoddija ta' mard tossiku fil-parti ġenitali.
    • Nisa li ma jkunux jistgħu jmissu l-parti ġenitali tagħhom minħabba raġunijiet personali jew reliġjużi.


    X' inhuma l-effetti sekondarji tal-kappa?

    • Infezzjoni fl-apparat tal-awrina.
    • Mard tossiku fil-partijiet ġenitali – assoċjat mad-dijaframmi li jintlibsu għal aktar minn 30 siegħa.
    • Irritazzjoni vaġinali.


    Għadni kif kelli tarbija. Nista' nuża kappa tal-għonq tal-utru?
    Iva, iżda stenna sa mill-inqas sitt ġimgħat wara t-twelid. Jista' jkollok bżonn kappa ta' qies differenti wara li jkollok it-tarbija. Kellem lil tabib jew infermier biex jiċċekkja li l-qies huwa korrett.

    Nista' nuża l-kappa wara korriment?
    Iva, jista' jkollok bżonn dijaframma ta' qies differenti wara korriment. Kellem lil tabib jew infermier biex jiċċekkja li l-qies huwa korrett.

    Tlift/żidt il-piż. X'għandi nagħmel?
    Jekk tkun żidt jew tlift 3 kg, jista' jkollok bżonn kappa ta' qies differenti.

    Nista' nieħu banju meta għandi l-kappa?
    Le. Aqlagħha bl-ilma jew aħsel l-ispermiċida bl-ilma.

    Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment
    Dan il-kontraċettiv ma jipproteġik mill-ebda STI. Il-kondoms biss jistgħu jgħinu kontra l-STIs.