Spermiċida

Main menu

    X'inhi l-ispermiċida?
    L-ispermiċidi bħal Nonoxynol-9 (jew N-9) ilhom jintużaw bħala metodu ta' kontraċezzjoni, minkejja li hemm ftit informazzjoni dwar l-effikaċja vera ta' spermiċidi meta jintużaw waħedhom. Huma aċċessibbli f'diversi forom – krema, fowm, ġell, folji rqaq u pessarji.

    X'inhu l-użu ta' spermiċida?
    Dawn normalment jintużaw ma' metodu ieħor ta' kontraċezzjoni bħad-dijaframma u l-kappa tal-għonq tal-utru. Jiġu applikati wkoll ma' ċerti tipi ta' kondoms, għalkemm mhemm l-ebda evidenza li l-kondoms lubrikati bl-N-9 huma aktar effettivi biex jipprevenu t-tqala milli kondoms lubrikati mingħajr N-9. L-ispermiċidi ma jħallux l-isperma aktar attiva billi jbiddlu l-membrana taċ-ċellola tal-ispermatożoa.

    X'inhi l-effikaċja tal-ispermiċida?
    Huwa maħsub li għandhom effikaċja moderata biss bħala kontraċettiv. Evidenza limitata tissuġġerixxi li l-effikaċja kontraċettiva tad-dijaframma u tal-kappa tal-għonq tal-utru tista' tkun moderatament aktar effettiva meta tintuża bi spermiċida milli mingħajrha.

    Oriġinarjament kien maħsub li n-Nonoxynol-9 kien l-innovazzjoni fil-prevenzjoni tal-HIV għax kapaċi "joqtol" (iħassar) il-virus. Iżda, riċerka riċenti wriet li l-użu tan-Nonoxynol-9, li huwa tip ta' deterġent, jista' jirrita u jdejjaq il-ħajt taċ-ċelloli (epitelju) tal-vaġina u l-musrana d-dritta li qiegħda hemm biex tipproteġi kontra l-mard. Dan jista' jikkawża qatgħat żgħar, jiekol is-saffi protettivi tal-ġisem, u jkompli jħalli lill-persuna f'riskju għall-HIV u għal patoġeni oħra trażmessi sesswalment. Għalhekk, jista' jżid ukoll ir-riskju tal-infezzjonijiet trażmessi sesswalment, inkluża l-infezzjoni tal-HIV.

    Għalhekk, filwaqt li tkun effettiva ħafna biex tgħin fil-prevenzjoni ta' tqala mhux ippjanata, l-ispermiċida hija rrakkomandat għal nisa li għandhom relazzjoni monogama, u hija rrakkomandata biss għall-użu l-aktar ta' darba kuljum. Dawk li mhumiex f'relazzjoni monogama għandhom jużaw kondoms għal protezzjoni aħjar kontra t-tqala, l-HIV u STIs oħra. In-Nonoxynol-9 m'għandux jintuża fil-musrana d-dritta fil-forma ta' krema, ragħwa, ġell, film u pessarji.

    Fejn nista' nsib dan il-prodott?
    L-ispermiċida tista' tinxtara minn spiżerija minn fuq il-bank mingħajr riċetta tat-tabib.

    Vantaġġi u Żvantaġġi tal-Ispermiċida:
    Vantaġġi

    • Tipprovdi lubrikazzjoni.
    • Aċċessibbli faċilment.
    • Tista' tipprovdi protezzjoni kontra Infezzjonijiet li Jittieħdu Sesswalment u l-HIV.
    • Tista' tintuża flimkien ma' metodi kontraċettivi oħra.

    Żvantaġġi

    • Meqjusa bħala xi ħaġa maħmuġa
    • Reazzjoni allerġika lokali
    • Effikaċja kontraċettiva moderata meta tintuża waħidha


    Min ma jistax juża l-ispermiċidi?
    Reazzjoni allerġika għall-ispermiċidi

    Hemm xi effetti sekondarji?
    Irritazzjoni fil-parti fejn tintuża

    Għal aktar informazzjoni dwar l-ispermiċidi tista' tara wkoll it-taqsimiet fuq il-kondoms tal-irġiel, il-kappa tal-għonq tal-utru u d-dijaframma.