Dijaframma

X'inhi d-dijaframma?
Id-dijaframmi huma metodi ta' ostaklu għall-kontraċezzjoni. Id-dijaframma hija tapp wiesa' tal-lastiku tal-lattiċi jew tas-silikon li tiddaħħal fil-vaġina. Tgħatti l-għonq tal-utru u taġixxi bħala ostaklu għall-isperma u għalhekk tgħin biex tipprevjeni t-tqala. Din mhux disponibbli f'Malta.

Kif taħdem din id-dijaframma?
Id-dijaframmi joqogħdu fil-vaġina u jgħattu l-għonq tal-utru tiegħek. Meta mara tixtieq tuża d-dijaframma, idealment għandha l-ewwel tagħmel eżami vaġinali u mbagħad tiġi mgħallma kif tużaha għall-ewwel drabi minn professjonist tas-saħħa.

Tipi ta' dijaframma:
Hemm tliet tipi ewlenin ta' dijaframma. Jiġu f'daqsijiet u forom differenti. Id-dijaframmi huma koppli ċirkulari magħmula mis-silikon b'xifer flessibbli.

 


It-tip jinkludi:

  • Dijaframma ta' molla ċatta - Hija adattata għal nisa li għandhom l-għonq tal-utru 'l quddiem jew għan-nofs.
  • Dijaframma b'molla mkebba - Hija adatta għan-nisa li għandhom pubis baxx.
  • Dijaframma b'molla b'forma ta' arkata - Hija adattata għan-nisa li l-għonq tal-utru tagħhom qiegħed lura, jew għal meta l-mara jkollha diffikultà biex tħoss l-għonq tal-utru.


X'inhi l-effikaċja tad-dijaframmi?
Bl-użu bil-għaqal id-dijaframma hija 94% effettiva meta użata bl-ispermiċida fil-prevenzjoni tat-tqala fl-ewwel sena tal-użu. B'użu tipiku meta mara ma tużax dan il-metodu b'attenzjoni, l-effikaċja hija 84% effettiva meta tintuża bi spermiċida fil-prevenzjoni tat-tqala fl-ewwel sena. Ir-rati ta' falliment tad-dijaframma jiddependu minn kemm il-mara tużahiex b'mod konsistenti u jekk iddaħħalhiex kif suppost u jekk tkunx għattiet l-għonq tal-utru kollu. Fatturi oħra li jinfluwenzaw ir-rata ta' falliment tal-metodi kollha huma l-età tal-mara u kemm-il darba jkollha x'taqsam sesswalment. Pereżempju jekk il-mara jkollha aktar minn 40 sena u tuża d-dijaframma bħala kontraċettiv, tkun inqas fertili minn mara ta' 25 sena u għalhekk id-dijaframma tkun mezz ta' kontraċezzjoni aktar effettiv għaliha. L-użu tal-ispermiċida mad-dijaframma ilu jkun diskuss fost ir-riċerkaturi għax xi wħud jemmnu li din ma tagħmilx differenza kbira. Iżda il-linji gwida attwali jindikaw li għandu jibqa' l-użu tal-ispermiċida.

Kif indaħħal il-dijaframma?
Iddiskuti mat-tabib jew l-infermiera tiegħek biex juruk kif għandek iddaħħalha qabel tibda tużaha.

  • Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma.
  • Imxi mal-istruzzjonijiet ipprovduti mad-dijaframma.
  • Oqgħod f'pożizzjoni komda, bħal meta se ddaħħal tampun. Jista' jkollok tinżel ftit b'għarkopptejk mgħawġin jew tpoġġi sieq waħda fuq siġġu.
  • Poġġi ammont żgħir ta' spermiċida fuq il-wiċċ tal-parti ta' fuq tad-dijaframma.
  • Poġġi s-saba' l-werrej fuq il-parti ta' fuq tad-dijaframma u agħfas id-dijaframma bejn is-saba' l-kbir u s-swaba' l-oħra.
  • Żerżaq id-dijaframma fil-vaġina tiegħek 'il fuq u lura.
  • Mexxi t-tarf tad-dijaframma wara l-għadma pubika tiegħek.
  • Biex id-dijaframma tkun effettiva trid tgħatti l-għonq tal-utru.
  • Jekk ma jirnexxilekx, qabbad sebgħek taħt ix-xifer jew il-ħolqa u iġbed 'l isfel.


Kemm-il darba tista' tintuża?
Id-dijaframma hija maħsuba biex tintuża diversi drabi, madankollu, trid tieħu ħsiebha billi taħsilha ħafif bis-sapun u l-ilma, u titnixxef ħalli titħalla tieħu l-forma oriġinali tagħha u tintrefa' fil-kaxxa tagħha wara l-użu. Għandhom jiġu evitati t-terra, id-deterġenti u l-fwieħa peress li dawn se jaffettwaw il-flora naturali fil-vaġina li twassal għall-infezzjonijiet. Id-dijaframma għandha tinżamm 'il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett u mis-sorsi tas-sħana għax dawn jistgħu jikkawżaw li d-dijaframma maż-żmien titmermer. Għandha wkoll tiġi ċċekkjata b'mod regolari għal xi toqob peress li dawn inaqqsu l-effettività tagħha. Id-dijaframma trid tinbidel kull sena. Trid tinbidel ukoll f'każ li tiżviluppa xi infezzjoni fil-vaġina ħalli jkunu pprevenuti infezzjonijiet oħra.

Kif noħroġha d-dijaframma?
Id-dijaframma tista' titħalla ġol-vaġina għal mill-inqas 6 sigħat wara l-att sesswali iżda għal mhux aktar minn 24 siegħa biex jiġi evitat ir-riskju ta' mard tossiku fil-partijiet ġenitali u li jifformaw ulċeri minħabba l-pressa. Hija rakkomandata l-applikazzjoni ta' krema jew ġell spermiċidi mal-użu tad-dijaframma. Dan se jagħti protezzjoni kontra l-kontraċezzjoni għal 3 sigħat. Wara 3 sigħat jekk ma jkun sar l-ebda rapport sesswali, ikun hemm bżonn li jiddaħħal iktar spermiċidju, bħal fil-forma ta' pessarju vaġinali. Imxi mal-istruzzjonijiet fuq il-fuljett ta' tagħrif ipprovdut mad-dijaframma. Oħroġha 'l barra bil-mod billi tqabbad sebgħek taħt ix-xifer jew iċ-ċinga u tiġbed 'l isfel.

X'inhuma l-iżvantaġġi u l-vantaġġi ta' dijaframma?
Żvantaġġi:

  • Teħtieġ il-motivazzjoni.
  • Teħtieġ li tintuża b'attenzjoni u b'mod konsistenti għall-aħjar effikaċja.
  • Trid tintuża bi spermiċida li tista' titqies bħala xi ħaġa maħmuġa.
  • Tista' żżid ir-riskju ta' ċistite u infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina.
  • L-ebda protezzjoni kontra l-HIV.

Vantaġġi:

  • Taħt il-kontroll tal-mara.
  • Tista' tagħti xi protezzjoni kontra l-kanċer ċervikali u xi Infezzjonijiet li Jittieħdu Sesswalment.
  • L-ebda effetti sekondarji sistemiċi.
  • Tipprovdi lubrikazzjoni fil-vaġina.
  • Tista' tintuża waqt il-mestruwazzjoni.
  • Tagħti permess lill-mara biex tmiss u tesplora l-ġisem tagħha.


Min ma jistax juża d-dijaframma?
Il-biċċa l-kbira tan-nisa jistgħu jużaw dijaframma; madankollu, tista' ma tkunx tajba għalik fil-każ ta':

  • Ommijiet tqal.
  • Dmija fil-parti ġenitali mhux dijanjostikata li l-ewwel trid tiġi eżaminata u kkurata.
  • Dgħjufija tal-muskoli vaġinali jew prolassi.
  • Anormalitajiet tal-vaġina jew tal-għonq tal-utru li kienu jeżistu mit-twelid (konġenitali).
  • Allerġija għall-gomma jew għall-ispermiċida.
  • Infezzjonijiet preżenti fil-vaġina, fl-għonq tal-utru jew fil-pelvi li jridu jiġu eżaminati u kkurati.
  • Infezzjoni fil-parti tal-awrina.
  • Każijiet imgħoddija ta' sindromu ta' xokk tossiku.
  • Nisa li ma jkunux jistgħu tmissu l-parti ġenitali tagħhom minħabba raġunijiet personali jew reliġjużi.


X'inhuma l-effetti sekondarji tad-dijaframma?

  • Infezzjoni fl-apparat tal-awrina.
  • Sindromu ta' xokk tossiku - assoċjat mad-dijaframmi li jintlibsu għal aktar minn 30 siegħa.
  • Irritazzjoni vaġinali.


Għadni kif kelli tarbija. Nista' nuża dijaframma?
Iva, iżda stenna sa mill-inqas sitt ġimgħat wara t-twelid. Jista' jkollok bżonn dijaframma ta' qies differenti wara li jkollok it-tarbija. Kellem lil tabib jew infermier biex jiċċekkja li l-qies huwa korrett.

Nista' nuża dijaframma wara korriment?
Iva, jista' jkollok bżonn dijaframma ta' qies differenti wara korriment. Kellem lil tabib jew infermier biex jiċċekkja li l-qies huwa korrett.

Tlift/żidt il-piż. X'għandi nagħmel?
Jekk tkun żidt jew tlift 3 kg, jista' jkollok bżonn dijaframma ta' qies differenti.

Nista' nieħu banju meta għandi dijaframma?
Le. Aqlagħha bl-ilma jew aħsel l-ispermiċida bl-ilma.

Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment
Dan il-kontraċettiv ma jipproteġik mill-ebda STI. Il-kondoms biss jistgħu jgħinu kontra l-STIs.