Lymphogranuloma Venereum

X'inhi l-LGV?
L-LGV hija infezzjoni trażmessa sesswalment ikkawżata minn ċertu tip ta' batterji tal-chlamydia trachomatis.

Kif teħodha l-LGV?

  • Kulħadd jista' jeħodha l-LGV. Hija komuni ħafna u tista' tiġi trażmessa faċilment matul is-sess vaġinali, orali u anali.
  • Tista' tgħaddi l-LGV lil oħrajn mingħajr ma tkun taf.
  • Tista' jiġi ttrattata u mfejjaq.
  • Jekk ma tittrattax l-LGV, dan jista' jwassal għal problemi serji tas-saħħa.
  • Anki jekk kellek l-LGV qabel, xorta tista' terġa taqbdek.
  • Hija partikolarment komuni fost l-irġiel omosesswali, bisesswali u rġiel oħra li jkollhom is-sess mal-irġiel, speċjalment jekk ikun pożittiv għall-HIV.


Kif nista' nnaqqas ir-riskju tiegħi għal-LGV?

  • Uża l-kondoms kull darba li jkollok sess.
  • Ittestja kemm ikun hemm bżonn.
  • Illimita n-numru ta' sħab tiegħek.
  • Evita s-sess jekk tkun fis-sakra jew użajt drogi illeċiti.

N.B. Il-ħasil tal-ġenitali wara s-sess ma jipprevjenix l-STIs

X'inhuma s-sintomi tal-LGV?
L-ewwel stadju:
 

  • Ferita jew boċċa mingħajr uġigħ tista' tidher meta l-batterji jkunu ddaħħlu f'ġismek. Tista' teħles minn din il-ferita mingħajr kura. Madankollu, dan it-tip jagħmilha aktar faċli biex jgħaddu infezzjonijiet oħra bħall-HIV, l-Epatite B jew l-Epatite C.

It-tieni stadju:

  • Glandoli limfatiċi minfuħa (ġimagħtejn sa sitt ġimgħat wara) fil-groin li jistgħu jiżviluppaw f'axxess u tisfija.
  • Sintomi simili għall-influwenza; deni, bard, tħossok marid, uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi.
  • Tisfija rettali kkontaminata bid-demm.
  • Stitikezza u sensazzjoni ta' żvujtar mhux komplut tal-musrana (tenemus).
  • Uġigħ fir-rektum.

It-tielet stadju:

  • Jekk titħalla mhux ittrattata, nodi limfatiċi mifuħa wara l-widnejn, taħt ix-xedaq, u fl-abtejn.


Kif nista' nsir naf jekk għandix l-LGV?

  • Tista' ċċempel lill-GU Clinic l-Isptar Mater Dei (Livell 2 tal-Outpatients) fuq 21227981 għal appuntament.
  • It-tabib se jistaqsik biex tiġi eżaminat/a u se jkunu meħtieġa testijiet biex tiġi kkonfermata l-infezzjoni.
  • L-LGV jiġi ttestjat billi jittieħdu kampjuni bi swab mill-ferita fiż-żona ġenitali u/jew mir-rektum fl-irġiel li għandhom sess anali (u jsir test għall-klamidja). Dawn it-testijiet jintbagħtu lil laboratorju fejn se jiġu ttestjati.
  • Tista' tiġi ttestjat/a għal STIs oħra peress li wieħed jista' jkollu infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment fl-istess ħin.


Meta għandi niġi ttestjat/a?

  • Jekk tesperjenza xi sintomi.
  • Jekk kellek jew qed ikollok sess vaġinali, anali jew orali mhux protett.
  • Jekk qed ikollok sess mhux protett ma' aktar minn sieħeb wieħed.


Kif jiġi ttrattata l-LGV?

  • L-LGV tista' tiġi ttrattata u kkurata bl-antibijotiċi.
  • Qis li tlesti l-mediċini kollha. Taqsamhomx ma' oħrajn.
  • It-tabib se jinfurmak meta tista' terġa' tkun attiv/a sesswalment. Importanti li ma jkollokx sess sakemm tlesti l-kors tal-mediċini. Segwi l-parir tat-tabib tiegħek. It-tul ta' żmien tal-kura se jaffettwa ż-żmien ta' meta jista' jerġa' jkollok is-sess.
  • Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk intix tqila peress li se jkollok bżonn antibijotiċi differenti.


X'inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-LGV, jekk ma niġix ittrattat/a?
L-LGV x'aktarx li ma twassalx għal problemi fit-tul jekk tiġi ttrattata immedjatament. Madankollu, l-LGV mhux ittrattata tista' tikkawża problemi serji tas-saħħa bħal ċikatriċi, deformità u uġigħ u kumplikazzjonijiet fit-tul għall-ġenitali, għar-rektum u għall-imsaren. Kumplikazzjonijiet oħra jinkludu l-artrite, l-uġigħ fis-sider, il-problemi fil-fwied, u rarament, l-infjammazzjoni tal-qalb jew tal-moħħ.

Għandi ninforma lill-partner tiegħi dwar l-LGV?

  • Il-partner tiegħek jista' jkollu/ha l-LGV ukoll.
  • Qis li tgħid lis-sħab sesswali reċenti tiegħek sabiex ikunu jistgħu jiġu ttestjati u ttrattati. Jista' jkollhom l-infezzjoni mingħajr ma jkunu.
  • Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jistgħu jgħinuk tinnotifika lis-sħab sesswali tiegħek b'mod kunfidenzjali.


Nista' nerġa' neħodha l-LGV wara li ġejt ikkurat/a?
Iva, tista' terġa' teħdoha l-LGV. Tista' teħodha minn sħab sesswali mhux ittrattati.

L-LGV jaffettwa r-riskju tiegħi li nieħu l-HIV?
Iva, l-LGV iżżid ir-riskju tal-infezzjoni bl-HIV.

Kif jista' jiġi evitat l-LGV?
L-LGV u STIs oħra jistgħu jiġu evitati b'suċċess bl-użu ta' kontraċezzjoni xierqa u billi jittieħdu prekawzjonijiet oħra, bħal:

  • Bl-użu ta' kondoms maskili jew kondoms femminili kull darba li jkollok sess vaġinali, jew kondoms maskili matul is-sess anali.
  • L-użu ta' kondom biex jgħatti l-pene, jew dam tal-latex jew tal-plastik (diga) biex tgħatti l-ġenitali femminili jekk ikollok sess orali.
  • Taqsamx l-użu tal-ġugarelli sesswali, jew aħsilhom qabel u wara s-sess u għattihom b'kondom ġdid qabel ma jużahom ħaddieħor.


Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Kellem lit-tabib tiegħek.
  • Ċempel lill-GU Clinic 25457494/1 għal appuntament.


Referenzi:

https://www.cdc.gov/std/tg2015/lgv.htm

https://www.bashhguidelines.org/media/1033/lgv_pil_digital_2_2015.pdf

https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/11/LGVleaflet2017.pdf

https://www.ncbi.nlm.nih.gov/books/NBK537362/