Skabbja
X'inhi l-iskabbja?
L-iskabbja hija kkawżata minn dud mikroskopiku li jħaffer fil-ġilda. Din tinfirex minn ġilda għal ġilda u bil-kuntatt sesswali ma' persuna li jkollha l-iskabbja. B'mod inqas komuni, din tinfirex permezz tal-kondiviżjoni tal-ħwejjeġ u l-friex. Hija mifruxa ħafna f'kundizzjonijiet iffullati fejn iseħħ kuntatt mill-qrib.
L-iskabbja għandha t-tendenza li tinfetta żoni sħan tal-ġisem, bħall-punti fejn tiltewa l-ġilda, bejn is-swaba', id-dwiefer tas-swaba' u ż-żoni ġenitali. Tiġi ttrattata bl-applikazzjoni tal-krema tal-permetrina u lozzjoni tal-malathion biex tnaddaf u tnixxef il-ġilda.
X'inhuma s-sintomi tal-iskabbja?
- Ħakk intens
- Raxx tal-ġilda li jkun qisu ponot
X'inhu t-trattament għall-iskabbja?
Il-kura għandha terġa' tiġi applikata wara sebat ijiem, sabiex jiġi żgurat li jinqatel id-dud li seta' faqqqas. M'hemmx bżonn li jinħarqu ħwejjeġ, saqqijiet jew bjankerija, iżda dawn għandhom jinħaslu b'ċiklu sħun ta' 50C jew aktar; jew inkella jitħallew fix-xemx f'borża sewda għal mill-inqas 3 ijiem.
Il-kuntatti mill-qrib kollha (inklużi l-persuni li jgħixu miegħek u s-sħab sesswali) għandhom jgħaddu minn trattament, anke jekk ma juru l-ebda sintomu.
Aktar informazzjoni u għajnuna
- Kellem lit-tabib tiegħek
- Ċempel lill-GU Clinic 25457494/1 għal appuntament
- Jew ċempel lill-unità ta' kontroll tal-mard infettiv fuq 00356 212324086