Trikomonjażi

 

X'inhi t-trikomonjażi?
It-trikomonjażi hija infezzjoni trażmessa sesswalment li hija kkawżata minn parassita msejħa Trichomonas vaginalis.

Kif tittieħed it-trikomonjażi?

  • Billi jkollok sess mhux protett.
  • Billi taqsam ġugarelli sesswali ma' ħaddieħor jekk dawn ma jkunux maħsula kif suppost jew jekk ma jkunux mgħottija b'kondom qabel l-użu.

Ma tistax tiġi infettat bit-trichomonas minn:

  • Bews jew tgħanniq.
  • Kikkri, platti jew pożati komuni.
  • Sedili tat-toilet.
  • Sess orali jew anali.


Kif nista' nipprevjeni t-trikomonjażi?
Billi tipprattika sess sikur. Dan ifisser li għandek dejjem tuża kondom kif suppost meta jkollok is-sess u tgħatti kwalunkwe ġugarell tas-sess b'kondom qabel l-użu.

X'inhuma s-sintomi tat-trikomonjażi?

  • Is-sintomi normalment jiżviluppaw fi żmien xahar mill-infezzjoni.
  • 50 % tal-persuni infettati bit-trikomonjażi ma jiżviluppawx sintomi.
  • Individwi li ma jkollhomx sintomi xorta jistgħu jgħaddu l-infezzjoni lil oħrajn.

Is-sintomi fost il-persuni b'karatteristiċi femminili jinkludu:

  • Tisfija vaġinali anormali li jista' jkollha konsistenza u kulur mhux tas-soltu. Tista' tkun ħoxna, irqiqa jew bir-ragħwa, u ta' kulur isfar fl-aħdar.
  • Tisfija vaġinali li jista' jkollha intiena ta' ħut.
  • Uġigħ, nefħa u ħakk fir-reġjun ta' madwar il-vaġina.
  • Uġigħ jew skumdità f'każ ta' sess jew meta tgħaddi l-awrina.
  • Uġigħ in-naħa t'isfel taż-żaqq.

Is-sintomi fost il-persuni b'karatteristiċi maskili jinkludu:

  • Uġigħ meta tgħaddi l-awrina jew waqt l-eġakulazzjoni.
  • Tgħaddi l-awrina ta' spiss (aktar mis-soltu).
  • Tisfija bajda mill-pene.
  • Uġigħ, nefħa u l-ħmura madwar tarf il-pene jew il-ġilda tar-ras il-pene.


Kif nista' nipprevjeni t-trikomonjażi?

  • Evita t-tbaħiħ (douching). Tippruvax taħsel il-vaġina bis-sapun u bl-ilma peress li l-vaġina titnaddaf minnha nfisha. Is-sapun u l-ilma jistgħu jfixklu l-bilanċ vaġinali naturali ta' batterji tajbin u ħżiena.
  • Uża l-kondoms meta jkollok is-sess.
  • Evita li jkollok bosta sħab sesswali.


Kif nista' nittestja għat-trikomonjażi?

  • Jekk it-tabib tiegħek jissuspetta t-trikomonjażi, normalment jeżamina ż-żona ġenitali tiegħek.
  • It-trikomonjażi tista' tiġi dijanjostikata billi jsir eżami taħt mikroskopju ta' kampjun tat-tisfija mill-vaġina jew mill-pene.
  • It-trikomonjażi tiġi kkurata bl-antibijotiċi.
  • Madwar 1 minn kull 5 persuni jerġgħu jiġu infettati fi żmien 3 xhur wara li jirċievu l-kura. Sabiex tiġi evitata infezzjoni mill-ġdid, is-sħab sesswali kollha għandhom jiġu kkurati bl-antibijotiċi fl-istess ħin. Qis li terġa' żżur lit-tabib tiegħek jekk is-sintomi jerġgħu jseħħu.


X'inhuma l-kumplikazzjonijiet tat-trikomonjażi?

  • It-trikomonjażi tista' tirriżulta f'riskju akbar li jiġu żviluppati infezzjonijiet trażmessi sesswalment bħall-HIV.
  • Huwa wkoll aktar probabbli li n-nisa tqal li jkollhom it-trikomonjażi iwelldu t-trabi tagħhom fi stadju anormalment bikri (preterm) jew li jkollhom trabi b'piż tat-twelid anormalment baxx.


Għandi ninforma lil-partner jekk ikolli t-trikomonjażi?
Iva, dan huwa importanti ħafna peress li sħab sesswali tiegħek jista' jkollhom ukoll l-infezzjoni u jkunu jeħtieġu trattament.

Referenzi:

https://journals.asm.org/doi/10.1128/CMR.17.4.794-803.2004?url_ver=Z39.88-2003&rfr_id=ori:rid:crossref.org&rfr_dat=cr_pub%20%200pubmed

https://www.cdc.gov/std/trichomonas/stdfact-trichomoniasis.htm

https://www.mayoclinic.org/infections-conditions/trichomoniasis/symptoms-causes/syc-20378609

https://www.nhs.uk/conditions/trichomoniasis/diagnosis/