Il-Furrax Pubiku

X'inhu l-furrax?
Il-furrax pubiku huma insetti mikroskopiċi li jeħlu max-xagħar tal-bniedem u jiġu trażmessi permezz ta' kuntatt mill-qrib.

Il-furrax pubiku adult ikun twil madwar 2mm u jkun qisu granċ. Normalment jidher taħt il-lenti. Huwa ta' lewn isfar fil-ġriż jew ħamrani u għandu sitt saqajn. Il-furrax pubiku tipikament jinstab imwaħħal mas-suf fil-parti pubika, iżda xi kultant jinstab ukoll f'partijiet oħra tal-ġisem bħall-ħuġbejn, xagħar tal-għajnejn, id-daqna, il-mustaċċ, is-sider u taħt l-abt. Il-furrax ibid il-bajd f'boroż li jeħlu sew max-xagħar. Meta l-bajd ifaqqas, il-bajd vojt ikun abjad.

X'inhuma s-sintomi?
Is-sintomi jistgħu jidhru wara diversi ġimgħat. Il-furrax publiku jista' jikkawża l-istess sintomi kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.

Is-sintomi jinkludu:

  • Ħakk sever fiż-żona affettwata, speċjalment billejl.
  • Infjammazzjoni u irritazzjoni kkawżati mill-brix u l-ħakk.
  • Trab iswed taħt l-ilbies ta' taħt.
  • Tikek blu jew tikek żgħar tad-demm fuq il-ġilda (eż. mal-koxox u n-naħa ta' taħt taż-żaqq) - ikkawżati mill-gdim tal-furrax.

N.B. Il-biċċa l-kbira tal-ħakk iseħħ matul il-lejl minħabba li dak il-ħin ikun meta s-soltu jkun attiv il-furrax. Il-ħakk huwa l-aktar sintomu komuni tal-furrax pubiku u huwa reazzjoni allerġika għall-bżieq tiegħu.

 


Kif jista' jiġi evitat l-furrax pubiku?
Il-kondoms u metodi oħra ta' kontraċezzjoni li jagħmlu barriera ma jipproteġux kontra l-furrax pubiku. Il-furrax jimxi mix-xagħar għax-xagħar u jgħix fuq demm il-bnedmin. Għalhekk, il-furrax jista' biss iħalli l-ġisem biex jiċċaqlaq minn persuna għal oħra.

L-aktar mod komuni li bih jinfirex il-furrax pubiku huwa permezz ta' kuntatt sesswali, inkluż is-sess vaġinali, anali u orali. It-tgħanniq u l-bews jistgħu jikkawżaw ukoll trażmissjoni. F'każijiet rari, il-furrax pubiku jinfirex permezz tal-qsim ta' ħwejjeġ, xugamani u friex.

Kif jiġi ttrattat?
Jiġi ttrattat billi jiġi applikat tip speċjali ta' xampù jew krema lix-xagħar, u dan għandu jiġi ripetut wara 3 sa 7 ijiem. Persuni li kienu f'kuntatt mill-qrib mal-persuna infettata, bħal membri tal-unità domestika u s-sħab sesswali, għandhom jiġu ttrattati wkoll.

Ħasil ta' ħwejjeġ, xugamani u friex
Il-ħwejjeġ, ix-xugamani u l-lożor kollha għandhom jinħaslu f'magna tal-ħasil b'ċiklu jaħraq (50C jew ogħla). It-temperaturi sħan joqtlu l-furrax u jipprevjenu l-infezzjoni mill-ġdid.

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Jekk għandek il-furrax pubiku, għandek tiġi ttestjat/a ukoll għal STIs oħra.
  • Il-furrax ma jittrażmettix l-HIV jew l-STIs.
  • Kellem lit-tabib tiegħek dwar STIs oħra. Madankollu, huwa rrakkomandat li jsir eżami. L-STIs jistgħu jiġu trażmessi waqt kuntatt sesswali.
  • Ċempel lill-GU Clinic fuq 22545794/1 għal appuntament.