Trikomonjażi
X'inhi t-trikomonjażi?
It-trikomonjażi hija infezzjoni trażmessa sesswalment li hija kkawżata minn parassita msejħa Trichomonas vaginalis.
Kif tittieħed it-trikomonjażi?
- Billi jkollok sess mhux protett.
- Billi taqsam ġugarelli sesswali ma' ħaddieħor jekk dawn ma jkunux maħsula kif suppost jew jekk ma jkunux mgħottija b'kondom qabel l-użu.
Ma tistax tiġi infettat bit-trichomonas minn:
- Bews jew tgħanniq.
- Kikkri, platti jew pożati komuni.
- Sedili tat-toilet.
- Sess orali jew anali.
Kif nista' nipprevjeni t-trikomonjażi?
Billi tipprattika sess sikur. Dan ifisser li għandek dejjem tuża kondom kif suppost meta jkollok is-sess u tgħatti kwalunkwe ġugarell tas-sess b'kondom qabel l-użu.
X'inhuma s-sintomi tat-trikomonjażi?
- Is-sintomi normalment jiżviluppaw fi żmien xahar mill-infezzjoni.
- 50 % tal-persuni infettati bit-trikomonjażi ma jiżviluppawx sintomi.
- Individwi li ma jkollhomx sintomi xorta jistgħu jgħaddu l-infezzjoni lil oħrajn.
Is-sintomi fost il-persuni b'karatteristiċi femminili jinkludu:
- Tisfija vaġinali anormali li jista' jkollha konsistenza u kulur mhux tas-soltu. Tista' tkun ħoxna, irqiqa jew bir-ragħwa, u ta' kulur isfar fl-aħdar.
- Tisfija vaġinali li jista' jkollha intiena ta' ħut.
- Uġigħ, nefħa u ħakk fir-reġjun ta' madwar il-vaġina.
- Uġigħ jew skumdità f'każ ta' sess jew meta tgħaddi l-awrina.
- Uġigħ in-naħa t'isfel taż-żaqq.
Is-sintomi fost il-persuni b'karatteristiċi maskili jinkludu:
- Uġigħ meta tgħaddi l-awrina jew waqt l-eġakulazzjoni.
- Tgħaddi l-awrina ta' spiss (aktar mis-soltu).
- Tisfija bajda mill-pene.
- Uġigħ, nefħa u l-ħmura madwar tarf il-pene jew il-ġilda tar-ras il-pene.
Kif nista' nipprevjeni t-trikomonjażi?
- Evita t-tbaħiħ (douching). Tippruvax taħsel il-vaġina bis-sapun u bl-ilma peress li l-vaġina titnaddaf minnha nfisha. Is-sapun u l-ilma jistgħu jfixklu l-bilanċ vaġinali naturali ta' batterji tajbin u ħżiena.
- Uża l-kondoms meta jkollok is-sess.
- Evita li jkollok bosta sħab sesswali.
Kif nista' nittestja għat-trikomonjażi?
- Jekk it-tabib tiegħek jissuspetta t-trikomonjażi, normalment jeżamina ż-żona ġenitali tiegħek.
- It-trikomonjażi tista' tiġi dijanjostikata billi jsir eżami taħt mikroskopju ta' kampjun tat-tisfija mill-vaġina jew mill-pene.
- It-trikomonjażi tiġi kkurata bl-antibijotiċi.
- Madwar 1 minn kull 5 persuni jerġgħu jiġu infettati fi żmien 3 xhur wara li jirċievu l-kura. Sabiex tiġi evitata infezzjoni mill-ġdid, is-sħab sesswali kollha għandhom jiġu kkurati bl-antibijotiċi fl-istess ħin. Qis li terġa' żżur lit-tabib tiegħek jekk is-sintomi jerġgħu jseħħu.
X'inhuma l-kumplikazzjonijiet tat-trikomonjażi?
- It-trikomonjażi tista' tirriżulta f'riskju akbar li jiġu żviluppati infezzjonijiet trażmessi sesswalment bħall-HIV.
- Huwa wkoll aktar probabbli li n-nisa tqal li jkollhom it-trikomonjażi iwelldu t-trabi tagħhom fi stadju anormalment bikri (preterm) jew li jkollhom trabi b'piż tat-twelid anormalment baxx.
Għandi ninforma lil-partner jekk ikolli t-trikomonjażi?
Iva, dan huwa importanti ħafna peress li sħab sesswali tiegħek jista' jkollhom ukoll l-infezzjoni u jkunu jeħtieġu trattament.
Referenzi:
https://www.cdc.gov/std/trichomonas/stdfact-trichomoniasis.htm
https://www.mayoclinic.org/infections-conditions/trichomoniasis/symptoms-causes/syc-20378609