Lymphogranuloma Venereum
X'inhi l-LGV?
L-LGV hija infezzjoni trażmessa sesswalment ikkawżata minn ċertu tip ta' batterji tal-chlamydia trachomatis.
Kif teħodha l-LGV?
- Kulħadd jista' jeħodha l-LGV. Hija komuni ħafna u tista' tiġi trażmessa faċilment matul is-sess vaġinali, orali u anali.
- Tista' tgħaddi l-LGV lil oħrajn mingħajr ma tkun taf.
- Tista' jiġi ttrattata u mfejjaq.
- Jekk ma tittrattax l-LGV, dan jista' jwassal għal problemi serji tas-saħħa.
- Anki jekk kellek l-LGV qabel, xorta tista' terġa taqbdek.
- Hija partikolarment komuni fost l-irġiel omosesswali, bisesswali u rġiel oħra li jkollhom is-sess mal-irġiel, speċjalment jekk ikun pożittiv għall-HIV.
Kif nista' nnaqqas ir-riskju tiegħi għal-LGV?
- Uża l-kondoms kull darba li jkollok sess.
- Ittestja kemm ikun hemm bżonn.
- Illimita n-numru ta' sħab tiegħek.
- Evita s-sess jekk tkun fis-sakra jew użajt drogi illeċiti.
N.B. Il-ħasil tal-ġenitali wara s-sess ma jipprevjenix l-STIs
X'inhuma s-sintomi tal-LGV?
L-ewwel stadju:
- Ferita jew boċċa mingħajr uġigħ tista' tidher meta l-batterji jkunu ddaħħlu f'ġismek. Tista' teħles minn din il-ferita mingħajr kura. Madankollu, dan it-tip jagħmilha aktar faċli biex jgħaddu infezzjonijiet oħra bħall-HIV, l-Epatite B jew l-Epatite C.
It-tieni stadju:
- Glandoli limfatiċi minfuħa (ġimagħtejn sa sitt ġimgħat wara) fil-groin li jistgħu jiżviluppaw f'axxess u tisfija.
- Sintomi simili għall-influwenza; deni, bard, tħossok marid, uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi.
- Tisfija rettali kkontaminata bid-demm.
- Stitikezza u sensazzjoni ta' żvujtar mhux komplut tal-musrana (tenemus).
- Uġigħ fir-rektum.
It-tielet stadju:
- Jekk titħalla mhux ittrattata, nodi limfatiċi mifuħa wara l-widnejn, taħt ix-xedaq, u fl-abtejn.
Kif nista' nsir naf jekk għandix l-LGV?
- Tista' ċċempel lill-GU Clinic l-Isptar Mater Dei (Livell 2 tal-Outpatients) fuq 21227981 għal appuntament.
- It-tabib se jistaqsik biex tiġi eżaminat/a u se jkunu meħtieġa testijiet biex tiġi kkonfermata l-infezzjoni.
- L-LGV jiġi ttestjat billi jittieħdu kampjuni bi swab mill-ferita fiż-żona ġenitali u/jew mir-rektum fl-irġiel li għandhom sess anali (u jsir test għall-klamidja). Dawn it-testijiet jintbagħtu lil laboratorju fejn se jiġu ttestjati.
- Tista' tiġi ttestjat/a għal STIs oħra peress li wieħed jista' jkollu infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment fl-istess ħin.
Meta għandi niġi ttestjat/a?
- Jekk tesperjenza xi sintomi.
- Jekk kellek jew qed ikollok sess vaġinali, anali jew orali mhux protett.
- Jekk qed ikollok sess mhux protett ma' aktar minn sieħeb wieħed.
Kif jiġi ttrattata l-LGV?
- L-LGV tista' tiġi ttrattata u kkurata bl-antibijotiċi.
- Qis li tlesti l-mediċini kollha. Taqsamhomx ma' oħrajn.
- It-tabib se jinfurmak meta tista' terġa' tkun attiv/a sesswalment. Importanti li ma jkollokx sess sakemm tlesti l-kors tal-mediċini. Segwi l-parir tat-tabib tiegħek. It-tul ta' żmien tal-kura se jaffettwa ż-żmien ta' meta jista' jerġa' jkollok is-sess.
- Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk intix tqila peress li se jkollok bżonn antibijotiċi differenti.
X'inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-LGV, jekk ma niġix ittrattat/a?
L-LGV x'aktarx li ma twassalx għal problemi fit-tul jekk tiġi ttrattata immedjatament. Madankollu, l-LGV mhux ittrattata tista' tikkawża problemi serji tas-saħħa bħal ċikatriċi, deformità u uġigħ u kumplikazzjonijiet fit-tul għall-ġenitali, għar-rektum u għall-imsaren. Kumplikazzjonijiet oħra jinkludu l-artrite, l-uġigħ fis-sider, il-problemi fil-fwied, u rarament, l-infjammazzjoni tal-qalb jew tal-moħħ.
Għandi ninforma lill-partner tiegħi dwar l-LGV?
- Il-partner tiegħek jista' jkollu/ha l-LGV ukoll.
- Qis li tgħid lis-sħab sesswali reċenti tiegħek sabiex ikunu jistgħu jiġu ttestjati u ttrattati. Jista' jkollhom l-infezzjoni mingħajr ma jkunu.
- Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jistgħu jgħinuk tinnotifika lis-sħab sesswali tiegħek b'mod kunfidenzjali.
Nista' nerġa' neħodha l-LGV wara li ġejt ikkurat/a?
Iva, tista' terġa' teħdoha l-LGV. Tista' teħodha minn sħab sesswali mhux ittrattati.
L-LGV jaffettwa r-riskju tiegħi li nieħu l-HIV?
Iva, l-LGV iżżid ir-riskju tal-infezzjoni bl-HIV.
Kif jista' jiġi evitat l-LGV?
L-LGV u STIs oħra jistgħu jiġu evitati b'suċċess bl-użu ta' kontraċezzjoni xierqa u billi jittieħdu prekawzjonijiet oħra, bħal:
- Bl-użu ta' kondoms maskili jew kondoms femminili kull darba li jkollok sess vaġinali, jew kondoms maskili matul is-sess anali.
- L-użu ta' kondom biex jgħatti l-pene, jew dam tal-latex jew tal-plastik (diga) biex tgħatti l-ġenitali femminili jekk ikollok sess orali.
- Taqsamx l-użu tal-ġugarelli sesswali, jew aħsilhom qabel u wara s-sess u għattihom b'kondom ġdid qabel ma jużahom ħaddieħor.
Aktar informazzjoni u għajnuna
- Kellem lit-tabib tiegħek.
- Ċempel lill-GU Clinic 25457494/1 għal appuntament.
Referenzi:
https://www.cdc.gov/std/tg2015/lgv.htm
https://www.bashhguidelines.org/media/1033/lgv_pil_digital_2_2015.pdf
https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/11/LGVleaflet2017.pdf