Chancroid
X'inhi chancroid?
Chancroid hija kkawżata mill-batterju Haemophilus ducreyi. Hija infezzjoni batterika trażmessa b'mod sesswali. Karatteristika ta' chancroid hija l-preżenza ta' ulċera fuq il-ġenitali tiegħek.
Kif nista' nkun naf li għandi chancroid?
- Chancroid tirriżulta f'ulċeri li jikkawżaw uġigħ assoċjati mal-"linfadenopatija reġjonali" ("regional lymphadenopathy") li tinvolvi li l-parti madwar il-ulċera tkun kibret bħala riżultat tal-infezzjoni.
- L-ulċera tidher bejn wieħed u ieħor wara 4 sa 10 ijiem wara s-sess ma' persuna infettata.
- Għall-ewwel, iż-żona infettata tkun qisha ponta. Il-ponta eventwalment tinfaqa' u tifforma ulċera li tkun tweġġa' u li li tkun irregolari fil-forma tagħha. Ħafna drabi jiżviluppaw bosta ulċeri.
- Sintomi oħra li huma relatati ma' chancroid jinkludu uġigħ meta tgħaddi l-awrina, tisfija vaġinali, fsada rettali (ħruġ ta' demm mill-musrana ta' mal-patata), uġigħ meta tesperjenza movimenti tal-musrana u uġigħ waqt is-sess.
- Il-chancroid hija l-aktar komuni fl-Asja, l-Afrika u l-gżejjer tal-Karibew.
X'testijiet jistgħu jitwettqu biex jiġi kkonfermat li għandi chancroid?
Jekk għandek ulċera fil-parti ġenitali li tugġhak u li qed tnixxi, dan jista' jwassal għal dijanjożi ta' chancroid. Madankollu, hemm bosta mard li jista' jidher simili għall-chancroid bħall-erpete (herpes) ġenitali u s-sifilide.
It-tabib tiegħek ikun jista' jagħmel dijanjożi ta' chancroid billi jeżamina ż-żona ġenitali. Dijanjożi tista' tiġi kkonfermata wara li jittieħed kampjun tal-fluwidu li jkun qed inixxi mill-ġerħa.
Hemm xi fatturi ta' riskju għall-chancroid?
- Jekk inti attiv/a sesswalment.
- Jekk tivvjaġġa lejn pajjiż barrani fejn il-chancroid hija aktar komuni.
- Sess mhux protett.
- Li jkollok aktar minn partner sesswali wieħed.
X'inhuma s-sintomi ta' chancroid?
Sintomi esperjenzati minn persuni b'ġenitali maskili
Jista' jkollok nefħa żgħira ħamra fuq il-ġenitali u li tista' ssir ġerħa miftuħa fi żmien ġurnata. L-ulċera tista' tkun preżenti fuq kwalunkwe parti tal-ġenitali inkluż fuq il-pene u l-iskrotum. Dawn l-ulċeri normalment iweġġgħu ħafna.
Sintomi esperjenzati minn persuni bil-ġenitali femminili
Persuna tista' tiżviluppa erba' nefħiet ħomor jew aktar fiż-żona ġenitali femminili inkluż fuq il-labja (it-tinja tal-ġilda madwar il-vaġina), bejn il-labja u l-anus jew fuq il-koxox.
Kif tista' jiġi kkurata chancroid?
- Chancroid tiġi ttrattata bl-antibijotiċi.
- Importanti li tinforma lit-tabib tiegħek jekk tkun tqila jew qed tredda' u jkollok chancroid. Dan għaliex jista' jkollok bżonn tingħata antibijotiċi li jkunu sikuri matul it-tqala minflok l-antibijotiċi tas-soltu.
Il-partners sesswali tiegħek
Il-partners sesswali tal-pazjenti li jbatu minn chancroid għandhom jiġu eżaminati u kkurati wkoll jekk kienu f'kuntatt mal-pazjent 10 ijiem qabel ma bdew is-sintomi tal-pazjent.
X'inhuma l-kumplikazzjonijiet ta' chancroid?
- Jistgħu jiġu ffurmati konnessjonijiet bejn il-ġuf u strutturi oħra. Din tissejjaħ "fistula".
- Ġrieħi u farretti fiż-żona ġenitali.
Aktar informazzjoni u għajnuna
Referenzi:
https://www.ncbi.nlm.nih.gov/books/NBK513331/