Granuloma Genitalium
X'inhi Granuloma Inguinale?
Il-granuloma inguinale hija infezzjoni trażmessa sesswalment li hija kkawżata mill-batterju Klebsiella granulomatis.
X'inhuma s-sintomi tal-Granuloma Inguinale?
- Għall-ewwel, ikollok ponta jew boċċa fuq il-ġilda. Din il-ferita ġeneralment tkun żgħira u mingħajr uġigħ u tista' faċilment ma tiġix innutata.
- Jistgħu jiżviluppaw ulċeri fuq il-ġenitali jew iż-żona madwar il-ġenitali. Dawn ikunu ħomor u jista' joħroġ id-demm minnhom.
- L-infezzjoni tista' tinfirex mal-organi addominali, l-għadam jew il-ħalq. Il-feriti jistgħu wkoll jiżviluppaw infezzjoni sekondarja u jistgħu jeżistu flimkien ma' STIs oħra.
- Il-feriti anali jew tal-ħalq jistgħu jkunu wkoll karatteristika jekk ikun hemm dawn iż-żoni involuti matul is-sess. Madankollu, il-feriti anali u fil-ħalq huma wkoll inqas komuni.
X'inhuma l-fatturi ta' riskju għal Granuloma Inguinale?
- Tkun f'riskju akbar li tiżviluppa Granuloma Inguinale jekk tkun attiv/a sesswalment u kellek kuntatt sesswali ma' individwi minn reġjuni tropikali fejn l-infezzjoni hija l-aktar preżenti
- L-irġiel li jkollhom sess mal-irġiel huma wkoll f'riskju akbar li jiżviluppaw l-infezzjoni
- L-infezzjoni hija komuni fil-Ginea l-Ġdida (New Guinea), il-Guyana, ix-Xlokk tal-Asja, u xi partijiet tal-Awstralja
Kif jista' t-tabib tiegħi jikkonferma l-Granuloma Inguinale?
It-tabib tiegħek jista' jwettaq testijiet li jistgħu jikkonfermaw il-preżenza ta' dan il-batterju. Id-dijanjożi tista' teħtieġ bijopsija. Dan jinvolvi t-teħid ta' kampjuni minn parti żgħira taż-żona infettata. Ladarba titneħħa din il-parti tal-ġilda, il-kampjun jiġi ttestjat għall-preżenzatal-batterji Klebsiella granulomatis. It-testijiet jistgħu jitwettqu wkoll billi tinbarax iż-żona infettata u jsiru aktar testijiet fuq il-kampjun.
Il-granuloma Inguinale hija assoċjata ma' STIs oħra wkoll - Jista' jkun ta' benefiċċju li tiġi wkoll ttestjat/a għal STIs oħra potenzjalment infettivi, għax dawn jistgħu jkunu asintomatiċi iżda xorta jistgħu jwasslu għal kumplikazzjonijiet jekk jitħallew mhux ittrattati.
Għandi ninforma lis-sħab sesswali tiegħi li għandi granuloma Inguinale?
Jekk kellek sess ma' xi ħadd 60 jum qabel il-bidu tas-sintomi tal-infezzjoni, din il-persuna trid tiġi infurmata kif jeħtieġ biex tiġi eżaminata wkoll u offruta t-terapija.
Hemm kura għall-Granuloma Inguinale?
- Il-granuloma Inguinale tiġi kkurata bl-antibijotiċi. It-trattament bikri huwa ideali peress li dan jista' jipprevjeni farrett permanenti jew nefħa fiż-żona ġenitali.
- Wara l-kura, importanti li jsiru testijiet regolari sabiex jiġi żgurat li l-infezzjoni ma terġax isseħħ.
X'inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-Granuloma Inguinale?
- L-iżvilupp ta' ċelloli anormali li jistgħu jiffurmaw tumur
- L-infezzjoni tista' tinfirex permezz tad-demm
- L-infezzjoni tista' tinfirex fl-għadam u tikkawża l-"osteomelite". Dan huwa t-terminu użat biex jiddeskrivi l-infezzjoni tal-għadam
- Ħruġ anormali ta' demm mill-vaġina
- Tidjiq ta' l-anus, il-vaġina jew l-uretra
Aktar informazzjoni u għajnuna
Referenzi:
https://www.healthline.com/health/granuloma-inguinale#symptoms-and-stages
https://www.cdc.gov/std/treatment-guidelines/donovanosis.htm